IL-PM QALB IN-NIES F’ATTIVITÀ POLITIKA F’BIRŻEBBUĠA

  Рет қаралды 518

ONE News Malta

ONE News Malta

Ай бұрын

ONE.COM.MT •
Ilbieraħ filgħaxija l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela wieġeb il-mistoqsijiet tal-eks ġurnalist Reno Bugeja waqt attività qalb in-nies f’Birżebbuġa.
Il-Prim Ministru tratta diversi temi f’din l-intervista fosthom l-ekonomija, il-ħaddiema Maltin u barranin, is-setturi tal-kostruzzjoni u l-propjetà u anke l-importanza tat-tiġdid kontinwu kemm fil-Gvern u anke fil-Partit Laburista.
IL-PM QALB IN-NIES F’ATTIVITÀ POLITIKA F’BIRŻEBBUĠA
“It-Tnejn tal-ġimgħa d-dieħla nisbħu u niffirmaw il-ftehim mal-MUT li bis-saħħa tiegħu se nkunu qed nagħtu l-aqwa ftehim kollettiv li qatt ngħataw l-għalliema ġewwa pajjiżna.”
Ħabbar dan il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela waqt intervista qalb in-nies fit-Teatru l-Grieg, fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa, mill-eks ġurnalista Reno Bugeja.
Fil-fatt, il-Prim Ministru ddikjara dan hekk kif b’kuntrast innota l-ipokrezija tal-politika tal-Partit Nazzjonalista dwar il-ħaddiema taċ-Ċivil li permezz ta’ din il-kawża wkoll fittixhom personalment.
B’differenza l-Prim Ministru rrimarka l-ħidma tal-Gvern rigward il-ħaddiema taċ-Ċivil.
ROBERT ABELA
PRIM MINISTRU
“It-Tnejn tal-ġimgħa d-dieħla nisbħu u niffirmaw il-ftehim mal-MUT li bis-saħħa tiegħu se nkunu qed nagħtu l-aqwa ftehim kollettiv li qatt ngħataw l-għalliema ġewwa pajjiżna. Qablu għamilna dak tal-infermiera, qablu għamilna dak tal-Pulizija, jiġifieri lqattna saħħa, edukazzjoni, ilqattna sigurtà. Dak huwa l-mod kif nitrattaw iċ-Ċivil aħna”
Il-Prim Ministru kien mistoqsi wkoll dwar is-sentenza mill-Imħallef Toni Abela tal-Ħamis b’rabta mal-kawża li fetaħ il-Partit Nazzjonalista biex ifittex personalment lil Prim Ministru u Chris Fearne personalment, fost oħrajn.
Filwaqt li Dr Abela fakkar kif fil-konfront tiegħu l-Awditur Ġenerali ma sab xejn, mill-ġdid rrimarka kif Bernard Grech wettaq ir-reat ta’ sperġur hekk kif ħalef il-falz fir-rikors li ressaq u li ġie miċħud mill-Qorti.
Il-Prim Ministru ġie mistoqsi wkoll dwar il-ħidma tiegħu ftit aktar minn xahar wara l-elezzjonijiet ta’ Ġunju.
Huwa spjega kif l-aħħar ġimgħat involvew taħdidiet intensivi fejn sema’ mingħand kulħadd fosthom mid-delegati u l-attivisti tal-Partit ukoll permezz ta’ numru ta’ assemblei differenti.
Intant, il-Prim Ministru indirizza mistoqsijiet dwar l-isfidi li jġib miegħu t-tkabbir ekonomiku billi rrimarka l-kuntrast ewlieni tas-sitwazzjoni bħalissa f’pajjiżna meta kkumparat ma’ qabel l-2013.
Fost oħrajn il-Prim Ministru tenna kif fl-aħħar ġimgħat ilu ddaħħal qafas regolatorju fil-konfront tat-temping agencies li jinkludi fost oħrajn proċessi ta’ skrutinju rigorużi.
ROBERT ABELA
PRIM MINISTRU
“Jobsplus l-eżerċizzju li qed tagħmel huwa li qed tagħmel huwa li qed tagħmel dik ir-reviżjoni tal-labour market u f’dawk is-setturi li qed jikkontribwixxu biex tiżdied il-piż fuq l-infrastruttura mingħajr il-valur korrispettiv b’saħħtu għall-ekonomija tagħna. Jiġifieri dawk il-ħaddiema li ma jagħtux valur miżjud lill-ekonomija tagħna u lis-suq tax-xogħol, allura d-deċiżjoni llum hija li ma jistgħux jidħlu iżjed u llum il-pajjiż jaffordjaha. 10 snin ilu ma kienx jaffordjaha dik.”
Apparti minn hekk il-Prim Ministru sostna kif fix-xhur li ġejjin fost oħrajn mill-ġdid se terġa’ tiftaħ l-iskola tas-snajja, filwaqt li se jiġi introdott il-kors tal-veterinarji. Dan biex b’hekk pajjiżna jibqa’ jinvesti fit-taħriġ tal-ħaddiema Maltin.
Dr Abela wieġeb ukoll mistoqsijiet dwar infurzar b’rabta mas-siġġijiet u l-imwejjed tal-istabbiliment eċċessivi fit-toroq filwaqt li assigura li l-attitudni ta’ cowboys mhux ħa tiġi ttollerata.
ROBERT ABELA
PRIM MINISTRU
“Il-komunità tan-negozju trid tifhem li dan mhux witch hunt kontra tagħha anzi huwa kwistjoni li trid tiġi ripristinata l-kwistjoni ta’ bilanċ bejn id-dritt tan-negozju li jopera u jaqla’ l-profitti leġittimi tiegħu għad-dritt taċ-ċittadin li għandek dritt inti tkun għaddej minn triq u timxi. Jekk għandek tarbija u għandek pushchair, x’iġifieri ma tistax tgħaddi għax hemm eċċess ta’ mwejjed u siġġijiet. Mela b’azzjoni konkreta dak li ġara fi Pjazza San Ġorg il-poplu se jkun jista’ jiġġudikana għax se jkun qed jara dak l-eżerċizzju jestendi għal-lokalitajiet oħrajn.
Dwar is-settur tal-kostruzzjoni, il-Prim Ministru fakkar fil-bilanċ li qed isib il-Gvern billi artijiet li huma miftuħa għall-iżvilupp minflok jirriġenerahom fi spazji miftuħa u ħodor għan-nies.
Mistoqsi jekk il-Gvern jikkunsidra jintervjenix fis-suq tal-propjetà, Dr Abela rrimarka ħidma bħal dik tar-riforma fis-suq tal-kirijiet ta’ qabel l-1995 u l-inċentivi biex aktar nies isiru sidien ta’ djarhom fosthom dik tal-housing affordabbli u tal-1st time buyers fost oħrajn.
Dr Abela temm billi rrimarka l-importanza ta’ aktar tiġdid fi ħdan il-Gvern u anke l-Partit Laburista fiż-żmien li ġej. Dan hekk kif il-mira hija li sa nofs Settembru jkunu saru l-elezzjonijiet kollha meħtieġa għall-karigi fl-amministrazzjoni tal-Partit Laburista

Пікірлер: 1
@beatricelundgren9096
@beatricelundgren9096 Ай бұрын
Kburin bik dejjem Prim Ministru Robert Abela.👍👏👏👏
JATTAKKA LIL GIGLIO BI STQARRIJA FUQ MELI
2:41
ONE News Malta
Рет қаралды 854
JOHNSTON SETA’ NĦEBA FIL-GARAXX QABEL IL-QTIL
2:36
ONE News Malta
Рет қаралды 2,1 М.
My Cheetos🍕PIZZA #cooking #shorts
00:43
BANKII
Рет қаралды 24 МЛН
Why UK 🇬🇧 is going Bankrupt? : Detailed Economic Case Study
20:37
Think School
Рет қаралды 1,3 МЛН
When A Gang Leader Confronted Muhammad Ali
11:43
Boxing After Dark
Рет қаралды 7 МЛН
How to win a argument
9:28
ajaxkmr
Рет қаралды 456 М.
X'Sar Minnhom - l-Iskola Abram Gatt
12:06
TVM
Рет қаралды 2,7 М.
MAL-1,500 KILO FL-EWWEL QABDA LAMPUKI
2:00
ONE News Malta
Рет қаралды 1,4 М.
TINDIF TAL-CULVERTS QABEL L-EWWEL XITA
2:24
ONE News Malta
Рет қаралды 589
IL-KALKARIŻI JILQGĦU LURA L-VARA TA’ SAN ĠUŻEPP
2:18
ONE News Malta
Рет қаралды 1,4 М.
IŻ-ŻEWĠ ŻGĦAŻAGĦ KAĊĊATURI LI NQATLU B’SAJJETTA
2:27
ONE News Malta
Рет қаралды 7 М.